|
+Artikolu 25 1. |
Artikolu 25 1.Il-fornituri tal-PEPP għandhom iżommu, joperaw u jirrieżaminaw proċess għall-approvazzjoni ta’ kull PEPP, jew adattamenti sinifikanti ta’ PEPP eżistenti, qabel ma dan jiġi ddistribwit lill-klijenti tal-PEPP. Il-proċess tal-approvazzjoni tal-prodott għandu jkun proporzjonat u xieraq għan-natura tal-PEPP. Il-proċess tal-approvazzjoni tal-prodott għandu jispeċifika suq fil-mira identifikat għal kull PEPP, jiżgura li r-riskji rilevanti kollha għal tali suq fil-mira identifikat jiġu vvalutati u li l-istrateġija tad-distribuzzjoni intenzjonata tkun konsistenti mas-suq fil-mira identifikat, u li jittieħdu passi raġonevoli biex jiġi żgurat li l-PEPP jiġi ddistribwit lis-suq fil-mira identifikat. Il-fornitur tal-PEPP għandu jifhem u jirrieżamina fuq bażi regolari l-PEPPs li jipprovdi, filwaqt li jqis kwalunkwe avveniment li jista’ materjalment jaffettwa r-riskju potenzjali għas-suq fil-mira identifikat, biex tal-inqas jivvaluta jekk il-PEPPs jibqgħux konsistenti mal-ħtiġijiet tas-suq fil-mira identifikat u jekk l-istrateġija ta’ distribuzzjoni maħsuba għadhiex adegwata. Il-fornituri tal-PEPP għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tad-distributuri tal-PEPP l-informazzjoni xierqa kollha dwar il-PEPP u l-proċess ta’ approvazzjoni tal-prodott, inkluż is-suq fil-mira identifikat tal-PEPP. Id-distributuri tal-PEPP għandu jkollhom arranġamenti adegwati fis-seħħ biex jiksbu l-informazzjoni msemmija fil-ħames subparagrafu u jifhmu l-karatteristiċi u s-suq fil-mira identifikati ta’ kull PEPP. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|