+Artikolu 31 Responsabbiltà ċivili
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.
---+Artikolu 31 5.

Artikolu 31 Responsabbiltà ċivili

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1.
Il-fornitur tal-PEPP ma għandux ikollu jassumi responsabbiltà ċivili sempliċement abbażi tal-KID tal-PEPP, inkluża kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, sakemm dan ma jkunx żgwidanti, mhux preċiż jew inkonsistenti mal-partijiet rilevanti tad-dokumenti prekuntrattwali u kuntrattwali legalment vinkolanti jew mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 28.
Artikolu 31 2.
Faddal tal-PEPP li juri telf li jirriżulta minn-dipendenza fuq KID tal-PEPP taħt iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, meta jikkonkludi kuntratt tal-PEPP li għalih ġie prodott KID tal-PEPP, jista’ jagħmel talba għad-danni mill-fornitur tal-PEPP għal dak it-telf f’konformità mal-liġi nazzjonali.
Artikolu 31 3.
Elementi bħal “telf” jew “danni”, kif imsemmija fil-paragrafu 2, li mhumiex definiti, għandhom jiġu interpretati u applikati f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli kif stabbilit mir-regoli rilevanti tad-dritt internazzjonali privat.
Artikolu 31 4.
Dan l-Artikolu ma jeskludix talbiet ulterjuri għal responsabbiltà ċivili f’konformità mal-liġi nazzjonali.
Artikolu 31 5.
L-obbligi taħt dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu limitati u lanqas irrinunzjati minn klawżoli kuntrattwali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.