+Artikolu 34 Speċifikazzjoni tat-talbiet u l-ħtiġijiet u l-għoti ta’ pariri
---+Artikolu 34 1.
---+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 34 3.
---+Artikolu 34 4.
---+Artikolu 34 5.
---+Artikolu 34 6.
|
Artikolu 34 Speċifikazzjoni tat-talbiet u l-ħtiġijiet u l-għoti ta’ pariri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 34 1.
|
Qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt mal-PEPP, il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP għandu jispeċifika, fuq il-bażi tal-informazzjoni mitluba u miksuba mingħand il-faddal tal-PEPP prospettiv, it-talbiet relatati mal-irtirar u l-ħtiġijiet ta’ dak il-faddal tal-PEPP prospettiv, inkluż il-ħtieġa possibbli li jakkwista prodott li joffri l-annwalitajiet, u għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP prospettiv b’informazzjoni oġġettiva dwar il-PEPP f’forma komprensibbli biex il-faddal tal-PEPP ikun jista’ jieħu deċiżjoni informata. Kwalunkwe kuntratt tal-PEPP propost għandu jkun konsistenti mat-talbiet u mal-ħtiġijiet relatati mal-irtirar tal-faddala tal-PEPP, filwaqt li jqis l-intitolamenti li jkunu akkumulaw tal-irtirar tagħhom.
|
|
Artikolu 34 2.
|
Il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP għandu jipprovdi pariri lill-faddal tal-PEPP prospettiv qabel il-konklużjoni tal-kuntratt tal-PEPP billi jipprovdi lill-faddal tal-PEPP prospettiv b’rakkomandazzjoni personali li tispjega għaliex PEPP partikolari, inkluża opzjoni ta’ investiment partikolari, jekk applikabbli, jkun jissodisfa bl-aħjar mod it-talbiet u l-ħtiġijiet tal-faddal tal-PEPP. Il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP għandu jipprovdi wkoll lill-faddal tal-PEPP prospettiv bi projezzjonijiet personalizzati ta’ benefiċċji tal-pensjoni għall-prodott irrakkomandat abbażi tal-aktar data bikrija li fiha tista’ tibda l-fażi ta’ dekumulazzjoni u dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà li dawk il-projezzjonijiet jistgħu jvarjaw mill-valur finali tal-benefiċċji tal-PEPP riċevuti. Jekk il-projezzjonijiet tal-benefiċċju tal-pensjoni jkunu bbażati fuq xenarji ekonomiċi, dik l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll xenarju bbażat fuq l-aħjar stima u xenarju mhux favorevoli, filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-kuntratt tal-PEPP.
|
|
Artikolu 34 3.
|
Jekk PEPP Bażiku jiġi offrut mingħajr tal-inqas garanzija fuq il-kapital, il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP għandu jispjega b’mod ċar l-eżistenza ta’ PEPPs b’garanzija fuq il-kapital, ir-raġunijiet għar-rakkomandazzjoni ta’ PEPP Bażiku abbażi ta’ teknika ta’ mitigazzjoni tar-riskju konsistenti bl-objettiv li jippermetti lill-faddal tal-PEPP jirkupra l-kapital u juri b’mod ċar kwalunkwe riskju addizzjonali li tali PEPPs jistgħu jinvolvu b’paragun ma’ garanzija kapitali abbażi ta’ PEPP Bażiku li jipprovdi garanzija fuq il-kapital. Din l-ispjegazzjoni għandha ssir bil-miktub.
|
|
Artikolu 34 4.
|
Meta jagħti pariri il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1) ta’ dan ir-Regolament għandu jitlob lill-faddal tal-PEPP prospettiv jipprovdi informazzjoni rigward l-għarfien u l-esperjenza ta’ dik il-persuna fil-qasam tal-investiment rilevanti tal-PEPP offrut jew mitlub, u li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ dik il-persuna, inkluża l-kapaċità tagħha li ġġarrab telf u l-objettivi ta’ investiment tagħha, inkluża t-tolleranza tagħha għar-riskju sabiex il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP ikun jista’ jirrakkomanda lill-faddal PEPP prospettiv wieħed jew aktar li jkunu adattati għal dik il-persuna u, b’mod partikolari, dawk li jkunu konformi mat-tolleranza tal-faddal għar-riskju u mal-kapaċità tagħha li ġġarrab telf.
|
|
Artikolu 34 5.
|
Ir-responsabbiltajiet tal-fornitur tal-PEPP jew tad-distributur tal-PEPP m’għandhomx jitnaqqsu minħabba l-fatt li l-parir jingħata kompletament jew parzjalment permezz ta’ sistema awtomatizzata jew semiawtomatizzata.
|
|
Artikolu 34 6.
|
Mingħajr preġudizzju għal liġi settorjali applikabbli aktar stretta, il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jiżguraw u juru lill-awtoritajiet kompetenti, fuq talba ta’ dawn, li l-persuni fiżiċi li jagħtu pariri dwar il-PEPPs għandhom l-għarfien u l-kompetenza meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-kriterji li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni ta’ tali għarfien u kompetenza.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|