+Artikolu 53 Servizz tal-bdil
---+Artikolu 53 1.
---+Artikolu 53 2.
---+Artikolu 53 3.
---+Artikolu 53 4.
---+Artikolu 53 5.

Artikolu 53 Servizz tal-bdil

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 53 1.
Fuq talba tal-faddal tal-PEPP, wara li l-faddal tal-PEPP ikun ħa deċiżjoni infurmata abbażi tal-informazzjoni riċevuta mill-fornituri tal-PEPP kif definit fl-Artikolu 56, is-servizz ta’ bdil għandu jinbeda mill-fornitur tal-PEPP riċevitur.
Artikolu 53 2.

It-talba mill-faddal tal-PEPP għandha ssir b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn is-servizz tal-bdil qed jinbeda jew bi kwalunkwe lingwa oħra miftiehma bejn il-partijiet. Fit-talba, il-faddal tal-PEPP għandu:

(a) 

jagħti l-kunsens speċifiku tiegħu għat-twettiq mill-fornitur tal-PEPP li jittrasferixxi kull wieħed mill-kompiti msemmija fil-paragrafu 4 u għandu jipprovdi l-kunsens speċifiku tiegħu għat-twettiq mill-fornitur tal-PEPP riċevitur ta’ kull wieħed mill-kompiti msemmija fil-paragrafu 5.

(b) 

bi qbil mal-fornitur tal-PEPP riċevitur jispeċifikaw id-data li minnha għandhom jiġu eżegwiti l-pagamenti għall-kont tal-PEPP miftuħ mal-fornitur tal-PEPP riċevitur.

Dik id-data għandha tkun tal-inqas ġimagħtejn ta’ xogħol wara d-data li fiha l-fornitur tal-PEPP riċevitur jirċievi d-dokumenti ttrasferiti mingħand il-fornitur tal-PEPP trasferitur skont il-paragrafu 4.

L-Istati Membri jistgħu jesiġu li t-talba mill-faddal tal-PEPP tkun bil-miktub u li kopja tat-talba aċċettata tiġi pprovduta lill-faddal tal-PEPP.

Artikolu 53 3.
Fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol minn meta tasal it-talba msemmija fil-paragrafu 2, il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu jitlob lill-fornitur tal-PEPP trasferitur iwettaq il-kompiti kif imsemmi fil-paragrafu 4.
Artikolu 53 4.

Minn meta tasal talba mingħand il-fornitur tal-PEPP riċevitur, il-fornitur tal-PEPP trasferitur għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) 

fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol, jibgħat id-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP għall-perjodu mid-data tal-aħħar Dikjarazzjoni dwar il-Benefiċċju tal-PEPP sad-data tat-talba lill-faddal tal-PEPP u lill-fornitur tal-PEPP riċevitur;

(b) 

fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol, jibgħat lista tal-assi eżistenti li qed jiġu ttrasferiti fil-każ ta’ trasferiment ta’ assi kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) lill-fornitur tal-PEPP riċevitur;

(c) 

jieqaf jaċċetta pagamenti li jidħlu fil-kont tal-PEPP b’effett mid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP fit-talba msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2;

(d) 

jittrasferixxi l-ammonti korrispondenti, jew meta applikabbli, l-assi mhux finanzjarji f’konformità mal-Artikolu 52(4), mill-kont tal-PEPP fil-kont il-ġdid tal-PEPP miftuħ mal-fornitur tal-PEPP riċevitur fid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP fit-talba;

(e) 

jagħlaq il-kont tal-PEPP fid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP jekk il-faddal tal-PEPP ma jkollux obbligi pendenti. Il-fornitur tal-PEPP trasferitur għandu jinforma minnufih lill-faddal tal-PEPP meta t-tali obbligi pendenti jipprevjenu l-għeluq tal-kont tal-faddal tal-PEPP.

Artikolu 53 5.
Il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu, kif previst fit-talba u sa fejn l-informazzjoni pprovduta mill-fornitur tal-PEPP trasferitur jew mill-faddal tal-PEPP jippermetti lill-fornitur tal-PEPP riċevitur jagħmel dan, iwettaq kwalunkwe tħejjija meħtieġa biex jaċċetta pagamenti deħlin u jaċċettahom b’effett mid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP fit-talba.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.