|
+Artikolu 53 4. |
Artikolu 53 4.Minn meta tasal talba mingħand il-fornitur tal-PEPP riċevitur, il-fornitur tal-PEPP trasferitur għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
(a)
fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol, jibgħat id-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP għall-perjodu mid-data tal-aħħar Dikjarazzjoni dwar il-Benefiċċju tal-PEPP sad-data tat-talba lill-faddal tal-PEPP u lill-fornitur tal-PEPP riċevitur;
(b)
fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol, jibgħat lista tal-assi eżistenti li qed jiġu ttrasferiti fil-każ ta’ trasferiment ta’ assi kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) lill-fornitur tal-PEPP riċevitur;
(c)
jieqaf jaċċetta pagamenti li jidħlu fil-kont tal-PEPP b’effett mid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP fit-talba msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2;
(d)
jittrasferixxi l-ammonti korrispondenti, jew meta applikabbli, l-assi mhux finanzjarji f’konformità mal-Artikolu 52(4), mill-kont tal-PEPP fil-kont il-ġdid tal-PEPP miftuħ mal-fornitur tal-PEPP riċevitur fid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP fit-talba;
(e)
jagħlaq il-kont tal-PEPP fid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP jekk il-faddal tal-PEPP ma jkollux obbligi pendenti. Il-fornitur tal-PEPP trasferitur għandu jinforma minnufih lill-faddal tal-PEPP meta t-tali obbligi pendenti jipprevjenu l-għeluq tal-kont tal-faddal tal-PEPP. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|