|
+Artikolu 56 1. |
Artikolu 56 1.Il-fornituri tal-PEPP għandhom jagħtu lill-faddala tal-PEPP l-informazzjoni li ġejja dwar is-servizz tal-bdil sabiex il-faddal tal-PEPP ikun jista’ jieħu deċiżjoni infurmata:
(a)
ir-rwoli tal-fornitur tal-PEPP trasferitur u dak riċevitur għal kull pass tal-proċess tal-bdil, kif indikat fl-Artikolu 53;
(b)
il-perjodu ta’ żmien għat-tlestija tal-passi rispettivi;
(c)
it-tariffi u l-miżati mitluba għall-proċess tal-bdil;
(d)
l-implikazzjonijiet possibbli tal-bdil, b’mod partikolari fuq il-protezzjoni jew il-garanzija tal-kapital, u informazzjoni oħra relatata mas-servizz tal-bdil;
(e)
informazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ trasferiment ta’ assi mhux finanzjarji, jekk applikabbli. Il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kapitolu IV. Il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu, fejn applikabbli, jinforma lill-faddal tal-PEPP dwar l-eżistenza ta’ kwalunkwe skema ta’ garanzija, inkluża skema ta’ garanzija tad-depożiti, skema ta’ kumpens lill-investitur jew skema ta’ garanzija tal-assigurazzjoni, li tkopri lil dak il-faddal tal-PEPP. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|