+Artikolu 56 Informazzjoni dwar is-servizz tal-bdil
---+Artikolu 56 1.
---+Artikolu 56 2.

Artikolu 56 Informazzjoni dwar is-servizz tal-bdil

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 56 1.

Il-fornituri tal-PEPP għandhom jagħtu lill-faddala tal-PEPP l-informazzjoni li ġejja dwar is-servizz tal-bdil sabiex il-faddal tal-PEPP ikun jista’ jieħu deċiżjoni infurmata:

(a) 

ir-rwoli tal-fornitur tal-PEPP trasferitur u dak riċevitur għal kull pass tal-proċess tal-bdil, kif indikat fl-Artikolu 53;

(b) 

il-perjodu ta’ żmien għat-tlestija tal-passi rispettivi;

(c) 

it-tariffi u l-miżati mitluba għall-proċess tal-bdil;

(d) 

l-implikazzjonijiet possibbli tal-bdil, b’mod partikolari fuq il-protezzjoni jew il-garanzija tal-kapital, u informazzjoni oħra relatata mas-servizz tal-bdil;

(e) 

informazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ trasferiment ta’ assi mhux finanzjarji, jekk applikabbli.

Il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kapitolu IV.

Il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu, fejn applikabbli, jinforma lill-faddal tal-PEPP dwar l-eżistenza ta’ kwalunkwe skema ta’ garanzija, inkluża skema ta’ garanzija tad-depożiti, skema ta’ kumpens lill-investitur jew skema ta’ garanzija tal-assigurazzjoni, li tkopri lil dak il-faddal tal-PEPP.

Artikolu 56 2.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun disponibbli fuq is-sit web tal-fornitur tal-PEPP. Għandha tiġi pprovduta ukoll lill-faddala tal-PEPP fuq talba f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 24.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.