+Artikolu 63 Setgħat ta’ intervent fuq il-prodott tal-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 63 1.
---+Artikolu 63 2.
---+Artikolu 63 3.
---+Artikolu 63 4.
---+Artikolu 63 5.

Artikolu 63 Setgħat ta’ intervent fuq il-prodott tal-awtoritajiet kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 63 1.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprojbixxu jew jirrestrinġu, fl-Istat Membru tagħha jew minnu, il-kummerċjalizzazzjoni jew id-distribuzzjoni ta’ PEPP skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-awtoritajiet kompetenti jkunu ssodisfati li hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li l-PEPP tqajjem tħassib sinifikanti jew imtenni dwar il-protezzjoni ta’ faddal jew li huwa ta’ riskju għall-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fi ħdan mill-inqas Stat Membru wieħed;

(b) 

l-azzjoni tkun proporzjonata filwaqt li titqies in-natura tar-riskji identifikati, il-livell ta’ sofistikazzjoni tal-faddala tal-PEPP ikkonċernati u l-effett probabbli tal-azzjoni fuq il-faddala tal-PEPP li jkunu kkonkludew kuntratt tal-PEPP;

(c) 

l-awtoritajiet kompetenti jkunu kkonsultaw kif xieraq l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra li jistgħu jkunu affettwati b’mod sinifikanti mill-azzjoni; u

(d) 

l-azzjoni ma jkollhiex effett diskriminatorju fuq is-servizzi jew l-attivitajiet forniti minn Stat Membru ieħor.

Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jkunu ġew issodisfati, l–awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu projbizzjoni jew restrizzjoni fuq bażi prekawzjonarja qabel ma PEPP ikun ġie kkumerċjalizzat, distribwit jew imqassam lill-faddala tal-PEPP. Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, speċifikati mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 63 2.

L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jimponu projbizzjoni jew restrizzjoni skont dan l-Artikolu sakemm, sa mhux inqas minn xahar qabel ma jkun maħsub li l-miżura tidħol fis-seħħ, ma jkunux innotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha involuti u lill-EIOPA bil-miktub jew permezz ta’ mezz ieħor miftiehem bejn l-awtoritajiet dwar id-dettalji ta’:

(a) 

il-PEPP li miegħu hija relatata l-azzjoni proposta;

(b) 

in-natura preċiża tal-projbizzjoni jew tar-restrizzjoni proposta u meta huwa maħsub li tidħol fis-seħħ; u

(c) 

l-evidenza li fuqha bbażaw id-deċiżjoni tagħhom u li abbażi tagħha għandhom raġunijiet validi biex jemmnu li kull waħda mill-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 huma ssodisfati.

Artikolu 63 3.
F’każijiet eċċezzjonali fejn l-awtoritajiet kompetenti iqisu li jkun jeħtieġ li tittieħed azzjoni urġenti skont dan l-Artikolu sabiex ikun evitat li jsir dannu minħabba l-PEPP, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu azzjoni fuq bażi proviżorja b’avviż bil-miktub ta’ mhux anqas minn 24 siegħa qabel ma jkun maħsub li l-miżura tidħol fis-seħħ, lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha u lill-EIOPA, dment li l-kriterji kollha f’dan l-Artikolu jiġu ssodisfati u li, barra minn hekk, jiġi stabbilit b’mod ċar li perjodu ta’ notifika ta’ xahar ma jindirizzax it-tħassib jew theddida speċifika b’mod adegwat. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jieħdu azzjoni fuq bażi proviżorja għal perjodu li jaqbeż it-tliet xhur.
Artikolu 63 4.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom avviż dwar kwalunkwe deċiżjoni li timponi xi projbizzjoni jew restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dak l-avviż għandu jispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew tar-restrizzjoni, żmien wara l-pubblikazzjoni tal-avviż li minnu jidħlu fis-seħħ il-miżuri u l-evidenza li fuqha hija tkun sodisfatta li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafu 1. Il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni għandha tapplika biss fir-rigward ta’ azzjonijiet li ttieħdu wara l-pubblikazzjoni tal-avviż.
Artikolu 63 5.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevokaw projbizzjoni jew restrizzjoni jekk il-kondizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma jibqgħux japplikaw.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.