|
+Artikolu 63 1. |
Artikolu 63 1.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprojbixxu jew jirrestrinġu, fl-Istat Membru tagħha jew minnu, il-kummerċjalizzazzjoni jew id-distribuzzjoni ta’ PEPP skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-awtoritajiet kompetenti jkunu ssodisfati li hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li l-PEPP tqajjem tħassib sinifikanti jew imtenni dwar il-protezzjoni ta’ faddal jew li huwa ta’ riskju għall-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fi ħdan mill-inqas Stat Membru wieħed;
(b)
l-azzjoni tkun proporzjonata filwaqt li titqies in-natura tar-riskji identifikati, il-livell ta’ sofistikazzjoni tal-faddala tal-PEPP ikkonċernati u l-effett probabbli tal-azzjoni fuq il-faddala tal-PEPP li jkunu kkonkludew kuntratt tal-PEPP;
(c)
l-awtoritajiet kompetenti jkunu kkonsultaw kif xieraq l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra li jistgħu jkunu affettwati b’mod sinifikanti mill-azzjoni; u
(d)
l-azzjoni ma jkollhiex effett diskriminatorju fuq is-servizzi jew l-attivitajiet forniti minn Stat Membru ieħor. Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jkunu ġew issodisfati, l–awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu projbizzjoni jew restrizzjoni fuq bażi prekawzjonarja qabel ma PEPP ikun ġie kkumerċjalizzat, distribwit jew imqassam lill-faddala tal-PEPP. Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, speċifikati mill-awtoritajiet kompetenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|