+Artikolu 66 Kooperazzjoni u konsistenza
---+Artikolu 66 1.
---+Artikolu 66 2.
---+Artikolu 66 3.
---+Artikolu 66 4.
---+Artikolu 66 5.

Artikolu 66 Kooperazzjoni u konsistenza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 66 1.
Kull awtorità kompetenti għandha tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta’dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha.
Artikolu 66 2.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), mad-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE u 2014/65/UE, (UE) 2016/97 u (UE) 2016/2341.
Artikolu 66 3.
L-awtoritajiet kompetenti u l-EIOPA għandhom jikkooperaw ma’ xulxin bl-iskop li jwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
Artikolu 66 4.
L-awtoritajiet kompetenti u l-EIOPA għandhom jiskambjaw l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, b’mod partikolari biex jidentifikaw u jirrimedjaw kull ksur ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 66 5.
Biex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-EIOPA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifika d-dettalji tal- kooperazzjoni u għall-iskambju ta’ informazzjoni, flimkien mar-rekwiżiti meħtieġa biex tiġi ppreżentata l-informazzjoni ta’ hawn fuq f’format standardizzat biex ikun jista’ jsir tqabbil.

L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020.

Is-setgħa tingħata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.