+Artikolu 68 Eżerċizzju tas-setgħa biex jiġu imposti penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra
---+Artikolu 68 1.
---+Artikolu 68 2.

Artikolu 68 Eżerċizzju tas-setgħa biex jiġu imposti penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 68 1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat li jimponu l-penali u miżuri oħra msemmija fl-Artikolu 67 skont l-oqfsa legali nazzjonali tagħhom:

(a) 

direttament;

(b) 

f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra;

(c) 

permezz ta’ applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

Artikolu 68 2.

L-awtoritajiet kompetenti, fid-determinazzjoni tat-tip u l-livell ta’ penali amministrattiva jew ta’ miżura oħra imposta skont l-Artikolu 67(3), għandhom iqisu ċ-ċirkustanzi relevanti kollha, inklużi, fejn xieraq:

(a) 

il-materjalità, il-gravità u d-durata tal-ksur;

(b) 

il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-ksur;

(c) 

is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli kif indikat b’mod partikolari mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew mill-introjtu annwali u mill-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;

(d) 

l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf li jkun ġie evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(e) 

it-telf għal partijiet terzi kkaġunati mill-ksur, meta jkun jista’ jiġi stabbilit;

(f) 

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtoritajiet kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-bżonn li jiġi żgurat li jiġu ċeduti l-profitti miksubin jew it-telf evitat minn dik il-persuna;

(g) 

il-ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.