|
+Artikolu 68 2. |
Artikolu 68 2.L-awtoritajiet kompetenti, fid-determinazzjoni tat-tip u l-livell ta’ penali amministrattiva jew ta’ miżura oħra imposta skont l-Artikolu 67(3), għandhom iqisu ċ-ċirkustanzi relevanti kollha, inklużi, fejn xieraq:
(a)
il-materjalità, il-gravità u d-durata tal-ksur;
(b)
il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-ksur;
(c)
is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli kif indikat b’mod partikolari mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew mill-introjtu annwali u mill-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;
(d)
l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf li jkun ġie evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;
(e)
it-telf għal partijiet terzi kkaġunati mill-ksur, meta jkun jista’ jiġi stabbilit;
(f)
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtoritajiet kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-bżonn li jiġi żgurat li jiġu ċeduti l-profitti miksubin jew it-telf evitat minn dik il-persuna;
(g)
il-ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|