+Artikolu 73 Evalwazzjoni u rapport
---+Artikolu 73 1.
---+Artikolu 73 2.
---+Artikolu 73 3.

Artikolu 73 Evalwazzjoni u rapport

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 73 1.
Ħames snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u wara li tikkonsulta lill-EIOPA u l-ESAs l-oħrajn fejn ikun xieraq, tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta leġiżlattiva.
Artikolu 73 2.

Ir-Rapport għandu jkopri, b’mod partikolari, dawn li ġejjin:

(a) 

il-funzjonament tal-proċedura għar-reġistrazzjoni tal-PEPPs f’konformità mal-Kapitolu II;

(b) 

il-portabilità, b’mod partikolari s-subkontijiet disponibbli għall-faddala tal-PEPP u l-possibbiltà li l-faddal ikompli jikkontribwixxi għall-aħħar subkont miftuħ f’konformità mal-Artikolu 20(3) u (4);

(c) 

l-iżvilupp tas-sħubijiet;

(d) 

il-Funzjonament tas-servizz tal-bdil u l-livell tat-tariffi u l-miżati;

(e) 

il-livell ta’ penetrazzjoni tas-suq tal-PEPP u l-effett ta’ dan ir-Regolament dwar il-provvista tal-pensjonijiet madwar l-Ewropa, inkluża s-sostituzzjoni ta’ prodotti eżistenti u l-użu tal-PEPP Bażiku;

(f) 

il-proċedura tal-ilmenti;

(g) 

l-integrazzjoni tal-fatturi ESG fil-politika ta’ investiment tal-PEPP;

(h) 

il-livell ta’ tariffi, miżati u spejjeż li jiġġarrbu direttament jew indirettament mill-faddala tal-PEPP, inkluża valutazzjoni tan-nuqqasijiet possibbli tas-suq;

(i) 

il-konformità tal-fornituri tal-PEPP ma’ dan ir-Regolament u mal-istandards stabbiliti mil-liġi settorjali applikabbli;

(j) 

l-applikazzjoni ta’ tekniki differenti ta’ mitigazzjoni tar-riskju użati mill-fornituri tal-PEPP;

(k) 

il-forniment ta’ PEPP b’libertà li jiġu provduti servizzi u libertà ta’ stabbiliment;

(l) 

jekk ikun hemm merti li tiġi żvelata informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-prodott lil faddala tal-PEPP prospettivi, filwaqt li titqies l-informazzjoni għax-xenarji ta’ prestazzjoni li se jiġu inklużi fil-PEPP;

(m) 

jekk il-parir mogħti lill-faddala tal-PEPP huwiex adegwat, b’mod partikolari fir-rigward ta’ forom possibbli ta’ pagamenti maħruġa.

Il-valutazzjoni msemmija fil-punt (e) ta’ dan l-ewwel subparagrafu għandha tqis ir-raġunijiet li minħabba fihom ma jinfetħux subkontijiet f’ċerti Stati Membri u valutazzjoni tal-progress u tal-isforz magħmul mill-fornituri tal-PEPP fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet tekniċi għall-ftuħ tas-subkontijiet.

Artikolu 73 3.
Il-Kummissjoni għandha twaqqaf bord b’partijiet ikkonċernati rilevanti sabiex timmonitorja l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-PEPP fuq bażi kontinwa. Dak il-bord għandu jinkludi mill-inqas l-EIOPA, l-awtoritajiet kompetenti, rappreżentanti tal-industrija u tal-konsumaturi u esperti indipendenti.

Is-segretarjat tal-bord għandu jkun l-EIOPA.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.