|
+Artikolu 73 2. |
Artikolu 73 2.Ir-Rapport għandu jkopri, b’mod partikolari, dawn li ġejjin:
(a)
il-funzjonament tal-proċedura għar-reġistrazzjoni tal-PEPPs f’konformità mal-Kapitolu II;
(b)
il-portabilità, b’mod partikolari s-subkontijiet disponibbli għall-faddala tal-PEPP u l-possibbiltà li l-faddal ikompli jikkontribwixxi għall-aħħar subkont miftuħ f’konformità mal-Artikolu 20(3) u (4);
(c)
l-iżvilupp tas-sħubijiet;
(d)
il-Funzjonament tas-servizz tal-bdil u l-livell tat-tariffi u l-miżati;
(e)
il-livell ta’ penetrazzjoni tas-suq tal-PEPP u l-effett ta’ dan ir-Regolament dwar il-provvista tal-pensjonijiet madwar l-Ewropa, inkluża s-sostituzzjoni ta’ prodotti eżistenti u l-użu tal-PEPP Bażiku;
(f)
il-proċedura tal-ilmenti;
(g)
l-integrazzjoni tal-fatturi ESG fil-politika ta’ investiment tal-PEPP;
(h)
il-livell ta’ tariffi, miżati u spejjeż li jiġġarrbu direttament jew indirettament mill-faddala tal-PEPP, inkluża valutazzjoni tan-nuqqasijiet possibbli tas-suq;
(i)
il-konformità tal-fornituri tal-PEPP ma’ dan ir-Regolament u mal-istandards stabbiliti mil-liġi settorjali applikabbli;
(j)
l-applikazzjoni ta’ tekniki differenti ta’ mitigazzjoni tar-riskju użati mill-fornituri tal-PEPP;
(k)
il-forniment ta’ PEPP b’libertà li jiġu provduti servizzi u libertà ta’ stabbiliment;
(l)
jekk ikun hemm merti li tiġi żvelata informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-prodott lil faddala tal-PEPP prospettivi, filwaqt li titqies l-informazzjoni għax-xenarji ta’ prestazzjoni li se jiġu inklużi fil-PEPP;
(m)
jekk il-parir mogħti lill-faddala tal-PEPP huwiex adegwat, b’mod partikolari fir-rigward ta’ forom possibbli ta’ pagamenti maħruġa. Il-valutazzjoni msemmija fil-punt (e) ta’ dan l-ewwel subparagrafu għandha tqis ir-raġunijiet li minħabba fihom ma jinfetħux subkontijiet f’ċerti Stati Membri u valutazzjoni tal-progress u tal-isforz magħmul mill-fornituri tal-PEPP fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet tekniċi għall-ftuħ tas-subkontijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|