+Artikolu 3 Regoli prudenzjali ġenerali
---+Article 3 1.
---+Article 3 2.
---+Article 3 3.
---+Article 3 4.
---+Article 3 5.

Artikolu 3 Regoli prudenzjali ġenerali

Artikolu 3

Regoli prudenzjali ġenerali

▼M1

1.  Mingħajr preġudizzju għal din id-Direttiva, l-Artikolu 5, l-Artikoli 11 sa 17, l-Artikolu 19(5) u (6) u l-Artikoli 20 sa 31 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), inlużi l-atti delegati adottati taħt l-Artikolu 15(4), l-Artikolu 28(5) u l-Artikolu 29(7) tagħha, għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi mutatis mutandis.

▼B

2.  L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti minn qabel dwar kull bidla materjali fil-miżuri li ttieħdu għas-salvagwardja tal-fondi li jkunu rċevew minflok il-flus elettroniċi li nħarġu.

3.  Kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li takkwista jew tbigħ, b’mod dirett jew indirett, sehem kwalifikat skont it-tifsira tal-punt 11 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE f’istituzzjoni tal-flus elettroniċi, jew li żżid jew tnaqqas aktar, b’mod dirett jew indirett, tali sehem kwalifikat li minħabba f’hekk il-proporzjon tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot miżmum jilħaq, jaqbeż jew jaqa’ taħt l-20 %, it-30 % jew il-50 %, jew li minħabba f’hekk l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi ssir jew ma tibqax tkun is-sussidjarja tagħha, għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti minn qabel dwar l-intenzjoni tagħha ta’ tali akkwist, bejgħ, żieda jew tnaqqis.

L-akkwirent propost għandu jagħti lill-awtorità kompetenti informazzjoni li tindika d-daqs tas-sehem li jrid ikollu kif ukoll l-informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 19a(4) tad-Direttiva 2006/48/KE.

Fejn l-influwenza eżerċitata mill-persuni msemmija fit-tieni subparagrafu x’aktarx li taħdem għad-detriment tal-amministrazzjoni prudenti u tajba tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ifissru l-oppożizzjoni tagħhom jew jieħdu miżuri xierqa oħra sabiex tintemm dik is-sitwazzjoni. Tali miżuri jistgħu jinkludu inġunzjonijiet, sanzjonijiet kontra diretturi jew maniġers, jew is-sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma mill-partijiet interessati jew mill-membri konċernati.

Miżuri simili għandhom japplikaw għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligu li jipprovdu informazzjoni minn qabel, kif stipulat f’dan il-paragrafu.

Jekk sehem jinxtara minkejja l-oppożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, dawk l-awtoritajiet, irrispettivament minn xi sanzjonijiet oħra li se jkunu adottati, għandhom jipprevedu li jkun sospiż l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot ta’ min ikun kiseb is-sehem, li l-voti mitfugħa jitqiesu nulli jew il-possibbiltà li jitqiesu nulli.

L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw jew jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jirrinunzjaw l-applikazzjoni tal-obbligi kollha jew ta’ parti minnhom skont dan il-paragrafu fir-rigward tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jwettqu waħda mill-attivitajiet elenkati fil-punt (e) tal-Artikolu 6(1).

▼M1

4.  L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jqassmu u jifdu flus elettroniċi permezz ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jaġixxu f’isimhom. Jekk l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi tqassam flus elettroniċi fi Stat Membru ieħor billi tqabbad lil tali persuna fiżika jew ġuridika, l-Artikoli 27 sa 31, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 29(4) u (5), tad-Direttiva (UE) 2015/2366, inklużi l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 28(5) u l-Artikolu 29(7) tagħha, għandhom japplikaw mutatis mutandis għal tali istituzzjoni ta’ flus elettroniċi.

5.  Minkejja l-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ma għandhomx joħorġu flus elettroniċi permezz ta’ aġenti. L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi għandhom jitħallew jipprovdu s-servizzi ta’ pagament imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-Direttiva permezz ta’ aġenti, soġġetti għal kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 19 tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 3 1.
Without prejudice to this Directive, Article 5, Articles 11 to 17, Article 19(5) and (6) and Articles 20 to 31 of Directive (EU) 2015/2366 of the European Parliament and of the Council ( 1 ), including the delegated acts adopted under Article 15(4), Article 28(5) and Article 29(7) thereof, shall apply to electronic money institutions mutatis mutandis.
Article 3 2.
Electronic money institutions shall inform the competent authorities in advance of any material change in measures taken for safeguarding of funds that have been received in exchange for electronic money issued.
Article 3 3.
Any natural or legal person who has taken a decision to acquire or dispose of, directly or indirectly, a qualifying holding within the meaning of point 11 of Article 4 of Directive 2006/48/EC in an electronic money institution, or to further increase or reduce, directly or indirectly, such qualifying holding as a result of which the proportion of the capital or of the voting rights held would reach, exceed or fall below 20 %, 30 % or 50 %, or so that the electronic money institution would become or cease to be its subsidiary, shall inform the competent authorities of their intention in advance of such acquisition, disposal, increase or reduction.

The proposed acquirer shall supply to the competent authority information indicating the size of the intended holding and relevant information referred to in Article 19a(4) of Directive 2006/48/EC.

Where the influence exercised by the persons referred to in the second subparagraph is likely to operate to the detriment of the prudent and sound management of the institution, the competent authorities shall express their opposition or take other appropriate measures to bring that situation to an end. Such measures may include injunctions, sanctions against directors or managers, or the suspension of the exercise of the voting rights attached to the shares held by the shareholders or members in question.

Similar measures shall apply to natural or legal persons who fail to comply with the obligation to provide prior information, as laid down in this paragraph.

If a holding is acquired despite the opposition of the competent authorities, those authorities shall, regardless of any other sanction to be adopted, provide for the exercise of the voting rights of the acquirer to be suspended, the nullity of votes cast or the possibility of annulling those votes.

The Member States may waive or allow their competent authorities to waive the application of all or part of the obligations pursuant to this paragraph in respect of electronic money institutions that carry out one or more of the activities listed in Article 6(1)(e).

Article 3 4.
Member States shall allow electronic money institutions to distribute and redeem electronic money through natural or legal persons which act on their behalf. Where the electronic money institution distributes electronic money in another Member State by engaging such a natural or legal person, Articles 27 to 31, with exception of Article 29(4) and (5), of Directive (EU) 2015/2366, including the delegated acts adopted in accordance with Article 28(5) and Article 29(7) thereof, shall apply mutatis mutandis to such electronic money institution.
Article 3 5.
Notwithstanding paragraph 4 of this Article, electronic money institutions shall not issue electronic money through agents. Electronic money institutions shall be allowed to provide payment services referred to in point (a) of Article 6(1) of this Directive through agents subject to the conditions laid down in Article 19 of Directive (EU) 2015/2366.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.01.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0110
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.