+TITLE II REQUIREMENTS FOR THE TAKING UP, PURSUIT AND PRUDENTIAL SUPERVISION OF THE BUSINESS OF ELECTRONIC MONEY INSTITUTIONS
---+Artikolu 3 Regoli prudenzjali ġenerali
------+Article 3 1.
------+Article 3 2.
------+Article 3 3.
------+Article 3 4.
------+Article 3 5.
---+Artikolu 4 Kapital inizjali
---+Artikolu 5 Fondi proprji
------+Article 5 1.
------+Article 5 2.
------+Article 5 3.
------+Article 5 4.
------+Article 5 5.
------+Article 5 6.
------+Article 5 7.
---+Artikolu 6 Attivitajiet
------+Article 6 1.
------+Article 6 2.
------+Article 6 3.
------+Article 6 4.
---+Artikolu 7 Rekwiżiti ta’ salvagwardja
------+Article 7 1.
------+Article 7 2.
------+Article 7 3.
------+Article 7 4.
---+Artikolu 8 Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi
------+Article 8 1.
------+Article 8 2.
------+Article 8 3.
---+Artikolu 9 Eżenzjonijiet opzjonali
------+Article 9 1.
------+Article 9 2.
------+Article 9 3.
------+Article 9 4.
------+Article 9 5.
------+Article 9 6.
------+Article 9 7.
------+Article 9 8.
------+Article 9 9.
|
TITLE II REQUIREMENTS FOR THE TAKING UP, PURSUIT AND PRUDENTIAL SUPERVISION OF THE BUSINESS OF ELECTRONIC MONEY INSTITUTIONS
TITLE II REQUIREMENTS FOR THE TAKING UP, PURSUIT AND PRUDENTIAL SUPERVISION OF THE BUSINESS OF ELECTRONIC MONEY INSTITUTIONS
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 Regoli prudenzjali ġenerali
|
Artikolu 3 Regoli prudenzjali ġenerali
▼M1
1. Mingħajr preġudizzju għal din id-Direttiva, l-Artikolu 5, l-Artikoli 11 sa 17, l-Artikolu 19(5) u (6) u l-Artikoli 20 sa 31 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
), inlużi l-atti delegati adottati taħt l-Artikolu 15(4), l-Artikolu 28(5) u l-Artikolu 29(7) tagħha, għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi mutatis mutandis.
▼B
2. L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti minn qabel dwar kull bidla materjali fil-miżuri li ttieħdu għas-salvagwardja tal-fondi li jkunu rċevew minflok il-flus elettroniċi li nħarġu. 3. Kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li takkwista jew tbigħ, b’mod dirett jew indirett, sehem kwalifikat skont it-tifsira tal-punt 11 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE f’istituzzjoni tal-flus elettroniċi, jew li żżid jew tnaqqas aktar, b’mod dirett jew indirett, tali sehem kwalifikat li minħabba f’hekk il-proporzjon tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot miżmum jilħaq, jaqbeż jew jaqa’ taħt l-20 %, it-30 % jew il-50 %, jew li minħabba f’hekk l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi ssir jew ma tibqax tkun is-sussidjarja tagħha, għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti minn qabel dwar l-intenzjoni tagħha ta’ tali akkwist, bejgħ, żieda jew tnaqqis. L-akkwirent propost għandu jagħti lill-awtorità kompetenti informazzjoni li tindika d-daqs tas-sehem li jrid ikollu kif ukoll l-informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 19a(4) tad-Direttiva 2006/48/KE. Fejn l-influwenza eżerċitata mill-persuni msemmija fit-tieni subparagrafu x’aktarx li taħdem għad-detriment tal-amministrazzjoni prudenti u tajba tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ifissru l-oppożizzjoni tagħhom jew jieħdu miżuri xierqa oħra sabiex tintemm dik is-sitwazzjoni. Tali miżuri jistgħu jinkludu inġunzjonijiet, sanzjonijiet kontra diretturi jew maniġers, jew is-sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma mill-partijiet interessati jew mill-membri konċernati. Miżuri simili għandhom japplikaw għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligu li jipprovdu informazzjoni minn qabel, kif stipulat f’dan il-paragrafu. Jekk sehem jinxtara minkejja l-oppożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, dawk l-awtoritajiet, irrispettivament minn xi sanzjonijiet oħra li se jkunu adottati, għandhom jipprevedu li jkun sospiż l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot ta’ min ikun kiseb is-sehem, li l-voti mitfugħa jitqiesu nulli jew il-possibbiltà li jitqiesu nulli. L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw jew jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jirrinunzjaw l-applikazzjoni tal-obbligi kollha jew ta’ parti minnhom skont dan il-paragrafu fir-rigward tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jwettqu waħda mill-attivitajiet elenkati fil-punt (e) tal-Artikolu 6(1).
▼M1
4. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jqassmu u jifdu flus elettroniċi permezz ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jaġixxu f’isimhom. Jekk l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi tqassam flus elettroniċi fi Stat Membru ieħor billi tqabbad lil tali persuna fiżika jew ġuridika, l-Artikoli 27 sa 31, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 29(4) u (5), tad-Direttiva (UE) 2015/2366, inklużi l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 28(5) u l-Artikolu 29(7) tagħha, għandhom japplikaw mutatis mutandis għal tali istituzzjoni ta’ flus elettroniċi. 5. Minkejja l-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ma għandhomx joħorġu flus elettroniċi permezz ta’ aġenti. L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi għandhom jitħallew jipprovdu s-servizzi ta’ pagament imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-Direttiva permezz ta’ aġenti, soġġetti għal kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 19 tad-Direttiva (UE) 2015/2366.
▼B
|
|
Artikolu 4 Kapital inizjali
|
Artikolu 4 Kapital inizjali L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jkollhom, fil-mument tal-awtorizzazzjoni, kapital inizjali, li jkun magħmul mill-elementi stipulati fl-Artikolu 57(a) u (b) tad-Direttiva 2006/48/KE, ta’ mhux inqas minn EUR 350 000 .
|
|
Artikolu 5 Fondi proprji
|
Artikolu 5 Fondi proprji 1. Il-fondi proprji tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi, kif stipulat fl-Artikoli 57 sa 61, 63, 64 u 66 tad-Direttiva 2006/48/KE ma jistgħux ikunu anqas mill-ammont meħtieġ skont il-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu jew l-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva, skont liema minnhom ikun l-ogħla. 2. Fir-rigward tal-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) li mhumiex marbuta mal-ħruġ tal-flus elettroniċi, ir-rekwiżiti dwar il-fondi proprji ta’ istituzzjoni tal-flus elettroniċi għandhom ikunu kkalkulati skont wieħed minn tliet metodi (A, B jew C) stipulati fl-Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva 2007/64/KE. Il-metodu x-xieraq għandu jiġi determinat mill-awtoritajiet kompetenti konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Għall-attività tal-ħruġ ta’ flus elettroniċi, ir-rekwiżit dwar il-fondi proprji ta’ istituzzjoni tal-flus elettroniċi għandhom ikunu kkalkulati skont il-Metodu D stipulat fil-paragrafu 3. L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi dejjem għandu jkollhom fondi proprji li jkunu mill-inqas ugwali għas-somma ta’ rekwiżiti msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, jew daqshom. 3. Metodu D: Il-fondi proprji ta’ istituzzjoni tal-flus elettroniċi għall-attività ta’ ħruġ ta’ flus elettroniċi għandhom jammontaw għal mill-anqas 2 % tal-medja ta’ flus elettroniċi pendenti. 4. Fejn istituzzjoni tal-flus elettroniċi twettaq xi waħda mill-attivitajiet msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) li ma tkunx marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi jew twettaq xi waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 6(1) u l-ammont ta’ flus elettroniċi pendenti ma jkunx magħruf minn qabel, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu li dik l-istituzzjoni ta’ flus elettroniċi tikkalkula r-rekwiżiti dwar fondi proprji tagħha abbażi ta’ porzjon rappreżentattiv mifhum li huwa użat għall-ħruġ ta’ flus elettroniċi, sakemm dan il-porzjon rappreżentattiv ikun jista’ jiġi stmat b’mod raġonevoli fuq il-bażi ta’ data storika u b’mod li jkun sodisfaċenti għall-awtoritajiet kompetenti. Fejn istituzzjoni tal-flus elettroniċi ma tkunx ikkompletat perijodu suffiċjenti ta’ negozju, ir-rekwiżiti dwar fondi proprji tagħha għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-flus elettroniċi pendenti mbassra mill-pjan kummerċjali tagħha bil-kondizzjoni li kull aġġustament għal dak il-pjan ikun rikjest mill-awtoritajiet kompetenti. 5. Abbażi ta’ evalwazzjoni tal-proċessi tal-ġestjoni tar-riksju, tad-databases tat-telf tar-riskju u l-mekkaniżmi ta’ kontroll interni tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi jkollha ammont ta’ fondi proprji li jkun sa 20 % ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodu rilevanti skont il-paragrafu 2, jew iħallu lill-istituzzjoni tal-flus elettroniċi jkollha ammont ta’ fondi proprji li jkun sa 20 % aktar baxx mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodu rilevanti skont il-paragrafu 2. 6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu l-użu multiplu ta’ elementi eliġibbli għall-fondi proprji:
(a) fejn l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi tappartjeni għall-istess grupp bħal istituzzjoni oħra tal-flus elettroniċi, istituzzjoni tal-kreditu, istituzzjoni tal-ħlas, ditta tal-investiment, kumpannija għall-ġestjoni tal-assi jew impriża tal-assigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni mill-ġdid;
(b) fejn istituzzjoni tal-flus elettroniċi twettaq attivitajiet oħra għajr il-ħruġ ta’ flus elettroniċi.
7. Fejn il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 69 tad-Direttiva 2006/48/KE ikunu ssodisfatti, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jagħżlu li ma japplikawx il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għal istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jkunu inklużi fis-superviżjoni konsolidata tal-istituzzjonijiet ewlenin ta’ kreditu skont id-Direttiva 2006/48/KE.
|
|
Artikolu 6 Attivitajiet
|
Artikolu 6 Attivitajiet 1. Apparti mill-ħruġ tal-flus elettroniċi, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jkunu intitolati jidħlu għal kwalunkwe waħda mill-attivitajiet li ġejjin:
(a) il-forniment ta’ servizzi ta’ ħlas elenkati fl-Anness għad-Direttiva 2007/64/KE;
(b) l-għoti ta’ kreditu marbut mas-servizzi ta’ ħlas imsemmija fil-punti 4, 5 jew 7 tal-Anness tad-Direttiva 2007/64/KE, meta jinkisbu l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 16(3) u (5) tad-Direttiva;
(c) il-forniment ta’ servizzi operattivi u anċillari marbuta mill-qrib fir-rigward tal-ħruġ tal-flus elettroniċi jew mal-forniment ta’ servizzi ta’ ħlas imsemmija fil-punt (a);
(d) l-operazzjoni ta’ sistemi ta’ ħlas kif definiti fil-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE u bla ħsara għall-Artikolu 28 ta’ dik id-Direttiva;
(e) attivitajiet ta’ negozju minbarra l-ħruġ ta’ flus elettroniċi, li jqisu l-liġi Komunitarja u nazzjonali applikabbli.
Il-kreditu msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu m’għandux jingħata mill-fondi li jidħlu bi skambju ma’ flus elettroniċi u li jinżammu skont l-Artikolu 7(1). 2. L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ma għandhomx jitħallew jieħdu depożiti jew fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/48/KE. 3. Kull fond li jasal għand istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi mid-detentur tal-flus elettroniċi għandu jinbidel bla dewmien għal flus elettroniċi. Tali fondi m’għandhomx jikkostitwixxu depożitu jew fondi ripagabbli oħrajn li jaslu mill-pubbliku fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/48/KE. 4. L-Artikolu 16(2) u (4) tad-Direttiva 2007/64/KE għandu japplika għal fondi li jaslu għall-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li mhumiex marbuta mal-attività tal-ħruġ ta’ flus elettroniċi.
|
|
Artikolu 7 Rekwiżiti ta’ salvagwardja
|
Artikolu 7 Rekwiżiti ta’ salvagwardja 1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lil istituzzjoni tal-flus elettroniċi tissalvagwardja l-fondi li ġew irċevuti b’kontrakambju għal flus elettroniċi li ġew emessi, skont l-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2007/64/KE. Il-fondi riċevuti fil-forma ta’ pagament permezz ta’ strument ta’ pagament ma jeħtieġux li jkunu salvagwardjati sakemm ma jkunux akkreditati għal kont ta’ pagament ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi jew xort’ oħra magħmulin disponibbli għall-istituzzjoni ta’ flus elettroniċi skont ir-rekwiżiti ta’ termini taż-żmien għall-eżekuzzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2007/64/KE, skont fejn ikun applikabbli. F’kull każ, tali fondi għandhom ikunu ssalvagwardati għal mhux aktar minn ħamest ijiem tax-xogħol, kif definit fil-punt 27 tal-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva, wara l-emissjoni tal-flus elettroniċi. 2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, beni sikuri, likwidi, ta’ riskju baxx huma beni li jidħlu f’waħda mill-kategoriji tat-Tabella 1 tal-punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adekwatezza tal-kapital ma ditti ta’ investiment u istituzjonijiet ta’ kreditu (
2
) li għalihom il-ħlas kapitali ta’ riskju speċifiku ma huwiex ogħla minn 1.6 % imma jeskludi l-beni kwalifikanti l-oħrajn kif definit fil-punt 15 ta’ dak l-Anness. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-beni sikuri, ta’ riskju baxx huma wkoll unitajiet f’impriża ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) li tinvesti biss f’beni kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu. F’ċirkostanzi eċċezzjonali u b’ġustifikazzjoni adegwata, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, a bażi ta’ valutazzjoni tas-sigurtà, il-maturità, il-valur jew element ieħor ta’ riskju tal-beni kif speċifikat fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, jiddeterminaw liema minn dawk il-beni ma jikkostitwixxux beni sikuri, ta’ riskju baxx għall-finijiet tal-paragrafu 1. 3. L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2007/64/KE għandu japplika għall-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi għall-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-Direttiva li ma humiex marbutin mal-attività tal-emissjoni tal-flus elettroniċi. 4. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 3, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jiddeterminaw, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, liema metodu għandu jintuża mill-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi biex jissalvagwardjaw il-fondi.
|
|
Artikolu 8 Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi
|
Artikolu 8 Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi 1. L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw għall-fergħat tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jkollhom is-sede prinċipali tagħhom barra mill-Komunità, meta jibdew jew jissoktaw bl-attività tagħhom, provvediment li jirriżultaw fi trattament aktar favorevoli minn dak mogħti lill-fergħa ta’ istituzzjoni ta’ flus elettroniċi li għandha s-sede prinċipali tagħha fil-Komunità. 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet kollha għall-fergħat ta’ istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li għandhom is-sede prinċipali tagħhom barra mill-Komunità. 3. Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 1, il-Komunità tista’, permezz ta’ ftehmiet konklużi ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar, taqbel li tapplika l-provvediment li jiżguraw li l-fergħat ta’ istituzzjoni ta’ flus elettroniċi li jkollha s-sede prinċipali barra mill-Komunità jkunu ttrattati b’mod identiku mal-Komunità kollha.
|
|
Artikolu 9 Eżenzjonijiet opzjonali
|
Artikolu 9 Eżenzjonijiet opzjonali 1. L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw jew jippermettu lill-awtoritajiet kompetneti tagħhom li jirrinunzjaw l-applikazzjoni ta’ kull jew parti mill-proċeduri u mill-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 3, 4, 5 u 7 ta’ din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 20, 22, 23 u 24 tad-Direttiva 2007/64/KE, u jippermettu lill-persuni ġuridiċi jitniżżlu f’reġistru għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jekk iż-żewġ rekwiżiti li ġejjin ikunu sodisfatti:
(a) l-attivitajiet totali jiġġeneraw medja pendenti ta’ flus elettroniċi li ma taqbiżx il-limitu mqiegħed mill-Istat Membru li iżda, f’kull każ, ma jkunx ogħla minn EUR 5 000 000 ; u
(b) ħadd mill-persuni fiżiċi responsbbli mill-ġestjoni jew mit-tħaddim tan-negozju ma jkun ġie kkundannat għal reati relatati ma’ riċiklaġġ ta’ flus jew finanzjament tat-terroriżmu jew reati finanzjarji oħra.
Fejn istituzzjoni tal-flus elettroniċi twettaq xi waħda mill-attivitajiet msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) li ma tkunx marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi jew iwettqu xi waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 6(1) u l-ammont ta’ flus elettroniċi pendenti ma jkunx magħruf minn qabel, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lil dik l-istituzzjoni ta’ flus elettroniċi sabiex tapplika l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu abbażi ta’ porzjon rappreżentattiv mifhum li huwa użat għall-ħruġ ta’ flus elettroniċi, sakemm dan il-porzjon rappreżentattiv ikun jista’ jiġi stmat b’mod raġonevoli fuq il-bażi ta’ data storika u b’mod li jkun sodisfaċenti għall-awtoritajiet kompetenti. Fejn istituzzjoni tal-flus elettroniċi ma tkunx ikkompletat perijodu suffiċjenti ta’ negozju, dak ir-rekwiżit għandu jiġi valutat abbażi tal-flus elettroniċi pendenti mbassra mill-pjan kummerċjali tagħha bil-kondizzjoni li kull aġġustament għal dak il-pjan ikun rikjest mill-awtoritajiet kompetenti. L-Istati Membri jistgħu wkoll jiddisponi għall-għoti ta’ eżenzjonijiet opzjonali skont dan l-Artikolu li jkunu suġġetti għal rekwiżit addizzjonali tal-ammont ta’ ħżin massimu fuq l-istrument ta’ pagament jew kont ta’ pagament tal-konsumatur fejn jinħażnu l-flus elettroniċi. Persuna ġuridika reġistrata skont dan il-paragrafu tista’ trendi servizzi ta’ pagament mhux marbutin mal-flus elettroniċi emessi skont dan l-Artikolu biss jekk kemm-il darba l-kondizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/64/KE ikunu ġew sodisfatti. 2. Persuna ġuridika iskritta skont il-paragrafu 1 għandha tkun meħtieġa jkollha s-sede prinċipali tagħha fl-Istat Membru li fih realment tmexxi l-attivitajiet tagħha. 3. Persuna ġuridika reġistrata skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu ttrattati bħala istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi. Madankollu, l-Artikoli 10(9) u 25 tad-Direttiva 2007/64/KE m’għandhomx japplikaw għalihom. 4. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll li kwalunkwe persuna ġuridika iskritta skont il-paragrafu 1 tista’ tinvolvi ruħha biss f’xi wħud mill-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 6(1). 5. Il-persuni ġuridiċi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom:
(a) jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bi kwalunkwe bidla fil-qagħda tagħhom li tkun relevanti għall-kondizzjonijiet speċifikat fil-paragrafu 1; u
(b) mill-anqas darba kull sena f’data speċifikata mill-awtoritajiet kompetenti tirrapporta dwar il-medja ta’ flus elettroniċi pendenti.
6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw li fejn il-kondizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 4 ma jiġux sodisfatti aktar, il-persuni ġuridiċi għandhom ifittxu l-awtorizzazzjoni fi żmien 30 jum kalendarju skont l-Artikolu 3. Kwalunkwe minn dawn il-persuni li ma fittxewx l-awtorizzazzjoni fiż-żmien imsemmi għandhom jiġi pprojbit lilhom, skont l-Artikolu 10, li jemettu flus elettroniċi. 7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkunu mogħtijin setgħa biżżejjed biex jivverifikaw l-ottemperanza kontinwa mar-rekwiżiti skont dan l-Artikolu. 8. Dan l-Artikolu m’għandux japplika fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/60/KE jew tad-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ kontra l-ħasil tal-flus. 9. Jekk Stat Membru javvalixxi ruħu mill-eżoneru dispost fil-paragrafu 1, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’dan sat-30 ta’ April 2011. L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni minnufih bi kwalunkwe bidla sussegwenti. Inoltre, l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-għadd ta’ persuni ġuridiċi kkonċernati u, fuq bażi annwa, bl-ammont totali ta’ flus elettroniċi pendenti emessi mill-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena kalendarja, kif imsemmi fil-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.01.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0110
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|