|
+Artikolu 5 Fondi proprji ---+Article 5 1. ---+Article 5 2. ---+Article 5 3. ---+Article 5 4. ---+Article 5 5. ---+Article 5 6. ---+Article 5 7. |
Artikolu 5 Fondi proprjiArtikolu 5 Fondi proprji 1. Il-fondi proprji tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi, kif stipulat fl-Artikoli 57 sa 61, 63, 64 u 66 tad-Direttiva 2006/48/KE ma jistgħux ikunu anqas mill-ammont meħtieġ skont il-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu jew l-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva, skont liema minnhom ikun l-ogħla. 2. Fir-rigward tal-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) li mhumiex marbuta mal-ħruġ tal-flus elettroniċi, ir-rekwiżiti dwar il-fondi proprji ta’ istituzzjoni tal-flus elettroniċi għandhom ikunu kkalkulati skont wieħed minn tliet metodi (A, B jew C) stipulati fl-Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva 2007/64/KE. Il-metodu x-xieraq għandu jiġi determinat mill-awtoritajiet kompetenti konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Għall-attività tal-ħruġ ta’ flus elettroniċi, ir-rekwiżit dwar il-fondi proprji ta’ istituzzjoni tal-flus elettroniċi għandhom ikunu kkalkulati skont il-Metodu D stipulat fil-paragrafu 3. L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi dejjem għandu jkollhom fondi proprji li jkunu mill-inqas ugwali għas-somma ta’ rekwiżiti msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, jew daqshom. 3. Metodu D: Il-fondi proprji ta’ istituzzjoni tal-flus elettroniċi għall-attività ta’ ħruġ ta’ flus elettroniċi għandhom jammontaw għal mill-anqas 2 % tal-medja ta’ flus elettroniċi pendenti. 4. Fejn istituzzjoni tal-flus elettroniċi twettaq xi waħda mill-attivitajiet msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) li ma tkunx marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi jew twettaq xi waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 6(1) u l-ammont ta’ flus elettroniċi pendenti ma jkunx magħruf minn qabel, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu li dik l-istituzzjoni ta’ flus elettroniċi tikkalkula r-rekwiżiti dwar fondi proprji tagħha abbażi ta’ porzjon rappreżentattiv mifhum li huwa użat għall-ħruġ ta’ flus elettroniċi, sakemm dan il-porzjon rappreżentattiv ikun jista’ jiġi stmat b’mod raġonevoli fuq il-bażi ta’ data storika u b’mod li jkun sodisfaċenti għall-awtoritajiet kompetenti. Fejn istituzzjoni tal-flus elettroniċi ma tkunx ikkompletat perijodu suffiċjenti ta’ negozju, ir-rekwiżiti dwar fondi proprji tagħha għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-flus elettroniċi pendenti mbassra mill-pjan kummerċjali tagħha bil-kondizzjoni li kull aġġustament għal dak il-pjan ikun rikjest mill-awtoritajiet kompetenti. 5. Abbażi ta’ evalwazzjoni tal-proċessi tal-ġestjoni tar-riksju, tad-databases tat-telf tar-riskju u l-mekkaniżmi ta’ kontroll interni tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi jkollha ammont ta’ fondi proprji li jkun sa 20 % ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodu rilevanti skont il-paragrafu 2, jew iħallu lill-istituzzjoni tal-flus elettroniċi jkollha ammont ta’ fondi proprji li jkun sa 20 % aktar baxx mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodu rilevanti skont il-paragrafu 2. 6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu l-użu multiplu ta’ elementi eliġibbli għall-fondi proprji: (a) fejn l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi tappartjeni għall-istess grupp bħal istituzzjoni oħra tal-flus elettroniċi, istituzzjoni tal-kreditu, istituzzjoni tal-ħlas, ditta tal-investiment, kumpannija għall-ġestjoni tal-assi jew impriża tal-assigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni mill-ġdid; (b) fejn istituzzjoni tal-flus elettroniċi twettaq attivitajiet oħra għajr il-ħruġ ta’ flus elettroniċi. 7. Fejn il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 69 tad-Direttiva 2006/48/KE ikunu ssodisfatti, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jagħżlu li ma japplikawx il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għal istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jkunu inklużi fis-superviżjoni konsolidata tal-istituzzjonijiet ewlenin ta’ kreditu skont id-Direttiva 2006/48/KE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|