7. Meta, fid-9 ta’ Lulju 2024, l-Istati Membri jkunu diġà applikaw dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2015/849 għal setturi oħra li mhumiex entitajiet marbutin b'obbligu, dawn jistgħu japplikaw għalkollox jew parzjalment ir-Regolament (UE) 2024/1624 għal dawk is-setturi.
Sal-10 ta’ Jannar 2028, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bis-setturi identifikati fil-livell nazzjonali skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu li għalihom japplikaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2024/1624, flimkien ma' ġustifikazzjoni tal-iskopertura ta' dawk is-setturi għar-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu. Fi żmien 6 xhur minn tali notifika, il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat l-AMLA, għandha toħroġ opinjoni dettaljata skont l-paragrafu 4. Meta l-Kummissjoni ma tqisx li jkun xieraq li tipproponi azzjoni fil-livell tal-Unjoni, għandu japplika l-paragrafu 5.