3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li entitajiet marbutin b'obbligu għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikunu soġġetti għar-rekwiżiti minimi ta' reġistrazzjoni li jippermettu s-superviżuri jidentifikawhom.
L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika meta l-entitajiet marbutin b'obbligu għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' liċenzjar jew reġistrazzjoni skont atti legali oħra tal-Unjoni, jew għal regoli nazzjonali li jirregolaw l-aċċess għall-professjoni jew li jagħmluha soġġetta għal rekwiżiti ta' liċenzjar jew reġistrazzjoni li jippermettu s-superviżuri jidentifikawhom.