5. Sal-10 ta’ Lulju 2030 u kull sentejn wara dan, l-AMLA, f'konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2024/1620, għandha toħroġ opinjoni indirizzata lill-Kummissjoni dwar ir-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu li jaffettwaw lill-Unjoni. L-AMLA tista' toħroġ opinjonijiet jew aġġornamenti tal-opinjonijiet preċedenti tagħha aktar ta' spiss, meta tqis li jkun xieraq li tagħmel dan. L-opinjonijiet maħruġa mill-AMLA għandhom jiġu ppublikati, ħlief dawk il-partijiet li jinkludu informazzjoni klassifikata.