1. Kull Stat Membru għandu jwettaq valutazzjoni tar-riskju nazzjonali biex jidentifika, jivvaluta, jifhem u jimmitiga r-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll ir-riskji tan-nonimplimentazzjoni u tal-evażjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji mmirati, li jaffettwawh. Għandu jżomm dik il-valutazzjoni tar-riskju aġġornata u jirrieżaminaha mill-inqas kull 4 snin.
Meta l-Istati Membri jqisu li s-sitwazzjoni tar-riskju tkun teħtieġ dan, huma jistgħu jirrieżaminaw il-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali aktar ta’ spiss jew iwettqu valutazzjonijiet ad hoc tar-riskju settorjali.