6. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu r-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju nazzjonali tagħhom, inkluż l-aġġornamenti u r-rieżamijiet tagħhom, għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, tal-AMLA u tal-Istati Membri l-oħra. Kull Stat Membru jista' jipprovdi informazzjoni addizzjonali rilevanti, fejn xieraq, lill-Istat Membru li jkun qed iwettaq il-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali. Għandu jkun disponibbli għall-pubbliku sommarju tas-sejbiet tal-valutazzjoni. Dak is-sommarju m'għandux jinkludi informazzjoni klassifikata. Kwalunkwe dokument maqsum jew li jkun sar pubbliku skont dan il-paragrafu m’għandu jinkludi l-ebda informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta' xi persuna fiżika jew jisemmi xi persuna ġuridika.