4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet responsabbli għar-reġistri ċentrali jkollhom is-setgħa li jitolbu mingħand entitajiet ġuridiċi, it-trustees ta' kwalunkwe trust espress u persuni f'pożizzjoni ekwivalenti f'arranġament ġuridiku simili, u s-sidien ġuridiċi u benefiċjarji tagħhom, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati u vverifikati s-sidien benefiċjarji tagħhom, inkluż riżoluzzjonijiet tal-bord tad-diretturi u minuti tal-laqgħat tagħhom, ftehimiet ta' sħubija, atti fiduċjarji, prokuri jew ftehimiet u dokumentazzjoni kuntrattwali oħra.