5. Sal-10 ta’ Ottubru 2026, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-lista tal-awtoritajiet kompetenti u tal-korpi ta' awtoregolamentazzjoni u l-kategoriji ta' entitajiet marbutin b'obbligu li ngħataw aċċess għar-reġistri ċentrali u t-tip ta' informazzjoni disponibbli għall-entitajiet marbutin b'obbligu. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw tali notifika meta jkun hemm kwalunkwe bidlafil-lista tal-awtoritajiet kompetenti jew fil-kategoriji ta' entitajiet marbutin b'obbligu jew bidliet fil-punt sa fejn jingħata aċċess lill-entitajiet marbutin b'obbligu. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-Istati Membri l-oħra l-informazzjoni dwar l-aċċess mill-awtoritajiet kompetenti u mill-entitajiet marbutin b'obbligu, inkluż kwalunkwe bidla fih.