+Artikolu 11 Regoli ġenerali dwar l-aċċess għar-reġistri tas-sjieda benefiċjarja minn awtoritajiet kompetenti, korpi ta' awtoregolamentazzjoni u entitajiet marbutin b'obbligu
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
---+Artikolu 11 4
---+Artikolu 11 5
|
Artikolu 11 Regoli ġenerali dwar l-aċċess għar-reġistri tas-sjieda benefiċjarja minn awtoritajiet kompetenti, korpi ta' awtoregolamentazzjoni u entitajiet marbutin b'obbligu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess immedjat, mhux iffiltrat, dirett u liberu għall-informazzjoni miżmuma fir-reġistri ċentrali interkonnessi msemmija fl-Artikolu 10, mingħajr ma jingħata ħjiel lill-entità ġuridika jew lill-arranġament ġuridiku kkonċernat.
|
|
Artikolu 11 2
|
2. L-aċċess kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata lil:
|
(a)
|
l-awtoritajiet kompetenti;
|
|
(b)
|
il-korpi ta' awtoregolamentazzjoni fit-twettiq ta' funzjonijiet superviżorji skont l-Artikolu 37;
|
|
(c)
|
l-awtoritajiet tat-taxxa;
|
|
(d)
|
l-awtoritajiet nazzjonali b'responsabbiltajiet deżinjati għall-implimentazzjoni ta' miżuri restrittivi tal-Unjoni identifikati skont ir-Regolamenti rilevanti tal-Kunsill adottati abbażi tal-Artikolu 215 TFUE;
|
|
(e)
|
l-AMLA għall-finijiet ta' analiżijiet konġunti skont l-Artikolu 32 ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2024/1620;
|
|
(h)
|
l-Europol u l-Eurojust meta jipprovdu appoġġ operazzjonali lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
|
|
|
Artikolu 11 3
|
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jieħdu miżuri ta' diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti f'konformità mal-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2024/1624, l-entitajiet marbutin b'obbligu jkollhom aċċess f'waqtu għall-informazzjoni miżmuma fir-reġistri ċentrali interkonnessi msemmija fl-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 11 4
|
4. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jagħmlu l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja miżmuma fir-reġistri ċentrali tagħhom disponibbli għall-entitajiet marbutin b'obbligu mal-pagament ta’ tariffa, li għandha tkun limitata għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jiġu koperti l-ispejjeż tal-iżgurar tal-kwalità tal-informazzjoni miżmuma fir-reġistri ċentrali u tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-informazzjoni. Dawk it-tariffi għandhom jiġu stabbiliti b'tali mod li ma jdgħajfux l-aċċess effettiv għall-informazzjoni miżmuma fir-reġistri ċentrali.
|
|
Artikolu 11 5
|
5. Sal-10 ta’ Ottubru 2026, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-lista tal-awtoritajiet kompetenti u tal-korpi ta' awtoregolamentazzjoni u l-kategoriji ta' entitajiet marbutin b'obbligu li ngħataw aċċess għar-reġistri ċentrali u t-tip ta' informazzjoni disponibbli għall-entitajiet marbutin b'obbligu. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw tali notifika meta jkun hemm kwalunkwe bidlafil-lista tal-awtoritajiet kompetenti jew fil-kategoriji ta' entitajiet marbutin b'obbligu jew bidliet fil-punt sa fejn jingħata aċċess lill-entitajiet marbutin b'obbligu. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-Istati Membri l-oħra l-informazzjoni dwar l-aċċess mill-awtoritajiet kompetenti u mill-entitajiet marbutin b'obbligu, inkluż kwalunkwe bidla fih.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1640
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|