|
+Artikolu 15 Eċċezzjonijiet għar-regoli dwar l-aċċess għar-reġistri tas-sjieda benefiċjarja |
Artikolu 15 Eċċezzjonijiet għar-regoli dwar l-aċċess għar-reġistri tas-sjieda benefiċjarjaArtikolu 15 Eċċezzjonijiet għar-regoli dwar l-aċċess għar-reġistri tas-sjieda benefiċjarja F'ċirkostanzi eċċezzjonali li għandhom jiġu stabbiliti fid-dritt nazzjonali, meta l-aċċess imsemmi fl-Artikoli 11(3) u 12(1) jesponi lis-sid benefiċjarju għal riskju sproporzjonat ta' frodi, ħtif, rikatt, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni, jew meta s-sid benefiċjarju jkun minorenni jew legalment inkapaċi b'xi mod ieħor, l-Istati Membri għandhom jipprevedu eżenzjoni minn tali aċċess għall-informazzjoni personali kollha jew parzjali dwar is-sid benefiċjarju. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk tali eżenzjonijiet jingħataw skont il-każ wara evalwazzjoni dettaljata, tan-natura eċċezzjonali taċ-ċirkostanzi u konferma li jeżistu dawk ir-riskji sproporzjonati. Id-dritt għal rieżami amministrattiv tad-deċiżjoni dwar l-għoti ta' eżenzjoni u d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv għandhom ikunu garantiti. Stat Membru li jkun ta eżenzjonijiet għandu jippubblika data statistika annwali dwar l-għadd ta' eżenzjonijiet mogħtija u r-raġunijiet mogħtija u jirrapporta d-data lill-Kummissjoni. L-eżenzjonijiet mogħtija skont dan l-Artikolu m'għandhomx japplikaw għall-entitajiet marbutin b'obbligu kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (3)(b), tar-Regolament (UE) 2024/1624 li huma uffiċjali pubbliċi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|