6. Il-mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati għandhom ikunu interkonnessi permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri tal-kontjiet bankarji (“BARIS”) li għandha tiġi żviluppata u mħaddma mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura tali interkonnessjoni b’kooperazzjoni mal-Istati Membri sal-10 ta’ Lulju 2029.
Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri għall-konnessjoni tal-mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati tal-Istati Membri ma’ BARIS. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 72(2).