6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-FIUs tagħhom ikun marbut b'rekwiżiti ta' segretezza professjonali ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 67, u li jżomm standards professjonali għoljin, inkluż standards għoljin ta' protezzjoni tad-data, u jkun ta' integrità għolja u b'ħiliet xierqa fir-rigward tat-trattament etiku ta' settijiet ta' big data. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIUs ikollhom fis-seħħ proċeduri għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess.