2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu feedback lill-FIU dwar l-użu li jkun sar mill-informazzjoni pprovduta f'konformità ma' dan l-Artikolu u l-Artikolu 3, u l-utilità tagħha, u l-Artikolu 19(3), u dwar l-eżitu tal-azzjonijiet u l-investigazzjonijiet imwettqa abbażi ta' dik l-informazzjoni. Tali feedback għandu jiġi pprovdut malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ, f'forma aggregata, mill-inqas fuq bażi annwali, b'tali mod li l-FIU tkun tista' ttejjeb il-funzjoni ta' analiżi operazzjonali tagħha.