3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom kif stabbiliti f'din id-Direttiva, l-FIUs jikkooperaw kemm jista' jkun fl-applikazzjoni ta' teknoloġiji tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-FIUs jikkooperaw kemm jista' jkun fl-applikazzjoni ta' soluzzjonijiet żviluppati u ġestiti mill-AMLA f'konformità mal-Artikolu 5(5), il-punt (i), l-Artikolu 45(1), il-punt (d) u l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2024/1620.