5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIU li ssirilha it-talba tuża l-firxa sħiħa tas-setgħat disponibbli għaliha li normalment tuża fil-livell nazzjonali biex tirċievi u tanalizza l-informazzjoni meta twieġeb għal talba għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 minn FIU oħra.
Meta FIU tfittex li tikseb informazzjoni addizzjonali minn entità marbuta b'obbligu stabbilita fi Stat Membru ieħor li topera fit-territorju tal-Istat Membru tagħha, it-talba għandha tiġi indirizzata lill-FIU tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun stabbilita l-entità marbuta b'obbligu. Dik l-FIU għandha tikseb informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) 2024/1624 u tibgħat it-tweġibiet minnufih.