6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta FIU issirilha talba biex tipprovdi informazzjoni skont il-paragrafu 1, hija għandha twieġeb għat-talba malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara l-wasla tat-talba jekk l-FIU tkun fil-pussess tal-informazzjoni mitluba jew l-informazzjoni mitluba tinżamm f'bażi tad-data jew reġistru li jkun direttament aċċessibbli mill-FIU li ssirilha t-talba. F'każijiet eċċezzjonali, debitament ġustifikati, din is-skadenza tista' tiġi estiża għal massimu ta' għaxart ijiem tax-xogħol. Meta l-FIU li ssirilha t-talba ma tkunx tista' tikseb l-informazzjoni mitluba, hija għandha tinforma lill-FIU rikjedenti b'dan.