1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni skambjata skont l-Artikoli 29, 31 u 32 tintuża biss għall-fini li għaliha tkun intalbet jew ingħatat u li kwalunkwe disseminazzjoni ta' dik l-informazzjoni mill-FIU riċeventi lil xi awtorità, aġenzija jew dipartiment ieħor, jew kwalunkwe użu ta' din l-informazzjoni għal finijiet għajr dawk oriġinarjament approvati, għandha tkun soġġetta għall-kunsens minn qabel tal-FIU li tkun ipprovdiet l-informazzjoni.
Ir-rekwiżiti tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw meta l-informazzjoni pprovduta mill-FIU tikkonsisti f'rapport ippreżentat minn entità marbuta b'obbligu skont l-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) 2024/1624 li jikkonċerna Stat Membru ieħor fejn l-entità marbuta b'obbligu topera permezz tal-libertà li tipprovdi servizzi u li ma għandha l-ebda rabta mal-Istat Membru tal-FIU li tipprovdi l-informazzjoni.