+Artikolu 34 Kunsens għad-disseminazzjoni ulterjuri tal-informazzjoni skambjata bejn l-FIUs
---+Artikolu 34 1
---+Artikolu 34 2
---+Artikolu 34 3
---+Artikolu 34 4
|
Artikolu 34 Kunsens għad-disseminazzjoni ulterjuri tal-informazzjoni skambjata bejn l-FIUs
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 34 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni skambjata skont l-Artikoli 29, 31 u 32 tintuża biss għall-fini li għaliha tkun intalbet jew ingħatat u li kwalunkwe disseminazzjoni ta' dik l-informazzjoni mill-FIU riċeventi lil xi awtorità, aġenzija jew dipartiment ieħor, jew kwalunkwe użu ta' din l-informazzjoni għal finijiet għajr dawk oriġinarjament approvati, għandha tkun soġġetta għall-kunsens minn qabel tal-FIU li tkun ipprovdiet l-informazzjoni.
Ir-rekwiżiti tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw meta l-informazzjoni pprovduta mill-FIU tikkonsisti f'rapport ippreżentat minn entità marbuta b'obbligu skont l-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) 2024/1624 li jikkonċerna Stat Membru ieħor fejn l-entità marbuta b'obbligu topera permezz tal-libertà li tipprovdi servizzi u li ma għandha l-ebda rabta mal-Istat Membru tal-FIU li tipprovdi l-informazzjoni.
|
|
Artikolu 34 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kunsens minn qabel tal-FIU li ssirilha t-talba għad-disseminazzjoni tal-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti jingħata minnufih u bl-aktar mod wiesgħa possibbli, irrispettivament mit-tip ta' reati predikati u jekk ir-reat predikat ġiex identifikat jew le. L-FIU li ssirilha t-talba ma għandhiex tirrifjuta li tagħti l-kunsens tagħha għal tali disseminazzjoni sakemm dan ma jmurx lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-AML/CFT tagħha jew jista' jxekkel investigazzjoni, jew inkella ma jkunx f'konformità mal-prinċipji fundamentali tad-dritt nazzjonali ta' dak l-Istat Membru. Kwalunkwe tali rifjut għall-għoti tal-kunsens għandu jkun spjegat sew. Il-każijiet fejn l-FIUs jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-kunsens tagħhom għandhom jiġu speċifikati b'mod li jevita l-abbuż tad-disseminazzjoni tal-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti jew limitazzjonijiet indebiti għaliha.
|
|
Artikolu 34 3
|
3. Sal-10 ta’ Lulju 2028, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li fihom id-disseminazzjoni ma tkunx f'konformità mal-prinċipji fundamentali tad-dritt nazzjonali msemmi fil-paragrafu 2. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw dawn in-notifiki meta jsir tibdil liċ-ċirkostanzi eċċezzjonali identifikati fil-livell nazzjonali.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista konsolidata tan-notifiki msemmija fl-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 34 4
|
4. Sal-10 ta’ Lulju 2029, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta jekk iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali notifikati skont il-paragrafu 3 humiex ġustifikati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1640
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|