2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kunsens minn qabel tal-FIU li ssirilha t-talba għad-disseminazzjoni tal-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti jingħata minnufih u bl-aktar mod wiesgħa possibbli, irrispettivament mit-tip ta' reati predikati u jekk ir-reat predikat ġiex identifikat jew le. L-FIU li ssirilha t-talba ma għandhiex tirrifjuta li tagħti l-kunsens tagħha għal tali disseminazzjoni sakemm dan ma jmurx lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-AML/CFT tagħha jew jista' jxekkel investigazzjoni, jew inkella ma jkunx f'konformità mal-prinċipji fundamentali tad-dritt nazzjonali ta' dak l-Istat Membru. Kwalunkwe tali rifjut għall-għoti tal-kunsens għandu jkun spjegat sew. Il-każijiet fejn l-FIUs jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-kunsens tagħhom għandhom jiġu speċifikati b'mod li jevita l-abbuż tad-disseminazzjoni tal-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti jew limitazzjonijiet indebiti għaliha.