1. Meta l-attivitajiet tal-entitajiet marbutin b'obbligu li ġejjin jitwettqu fit-territorju tagħhom bil-libertà li jipprovdu servizzi permezz ta' aġenti jew distributuri, jew permezz ta' tipi oħra ta' infrastruttura, inkluż meta dawk l-attivitajiet jitwettqu taħt awtorizzazzjoni miksuba skont id-Direttiva 2013/36/UE, l-Istati Membri għandhom jaċċertaw li tali attivitajiet jkunu soġġetti għal superviżjoni mis-superviżuri nazzjonali tagħhom:
|
(a)
|
emittenti tal-flus elettroniċi kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (42);
|
|
(b)
|
fornituri ta' servizzi ta' pagament kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (11), tad-Direttiva (UE) 2015/2366; u
|
|
(c)
|
fornituri ta' servizzi tal-kriptoassi.
|
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, is-superviżuri tal-Istat Membru fejn jitwettqu l-attivitajiet għandhom jimmonitorjaw b'mod effettiv u jiżguraw il-konformità mar- Regolamenti (UE) 2024/1624 u (UE) 2023/1113.