3. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, is-superviżur tal-Istat Membru fejn ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tal-entità marbuta b'obbligu u s-superviżur tal-Istat Membru fejn topera l-entità marbuta b'obbligu bil-libertà li tipprovdi servizzi permezz ta' aġenti jew distributuri, jew permezz ta’ tipi oħra ta' infrastruttura għandhom jipprovdu lil xulxin kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex jiġi vvalutat jekk il-kriterji msemmijin fil-paragrafu 2, il-punt (a), humiex issodisfati, inkluż dwar kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi tal-entità marbuta b'obbligu li jista' jkollha impatt fuq l-issodisfar ta' dawk il-kriterji.