1. Għall-finijiet tal-Artikolu 37(1) u tal-Artikolu 38(1), l-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-emittenti tal-flus elettroniċi, il-fornituri ta' servizzi ta' pagament u l-fornituri ta' servizzi ta’ kriptoassi li joperaw stabbilimenti fit-territorju tagħhom għajr sussidjarja jew fergħa, jew li joperaw fit-territorju tagħhom permezz ta' aġenti jew distributuri jew permezz ta’ tipi oħra ta' infrastruttura, bil-libertà li jipprovdu servizzi, jaħtru punt ta' kuntatt ċentrali fit-territorju tagħhom. Dak il-punt ta' kuntatt ċentrali għandu jiżgura, f'isem l-entità marbuta b'obbligu, il-konformità mar-regoli tal-AML/CFT u għandu jiffaċilita s-superviżjoni mis-superviżuri, inkluż billi jipprovdi dokumenti u informazzjoni lis-superviżuri fuq talba.