2. Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji u tippreżentah lill-Kummissjoni għall-adozzjoni. Dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji għandu jistabbilixxi l-kriterji għad-determinazzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom il-ħatra ta' punt ta' kuntatt ċentrali skont il-paragrafu 1 hija adattata, u l-funzjonijiet tal-punti ta' kuntatt ċentrali.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 49 sa 52 tar-Regolament (UE) 2024/1620.