4. Sal-10 ta’ Lulju 2029, l-AMLA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni u tippreżentah lill-Kummissjoni għall-adozzjoni. Dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni għandu jispeċifika l-mudell li għandu jintuża għall-konklużjoni tal-ftehimiet ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2024/1620.