2. Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet pekunarji u miżuri amministrattivi u jiżguraw li s-superviżuri jistgħu jimponu tali sanzjonijiet pekunarji u japplikaw miżuri amministrattivi fir-rigward ta' ksur tar-Regolament (UE) 2024/1624 jew tar-Regolament (UE) 2023/1113 u għandhom jiżguraw li jiġu infurzati. Kwalunkwe sanzjoni imposta jew miżura applikata skont din it-Taqsima għandha tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva.