7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għall-ksur tar-Regolament (UE) 2024/1624 jew ir-Regolament (UE) 2023/1113 imwettaq f'isimhom jew għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, kemm jekk taġixxi waħedha jew bħala parti minn organu ta' dik il-persuna ġuridika, u li għandha pożizzjoni ta' tmexxija f’dik il-persuna ġuridika, abbażi ta' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
is-setgħa li tirrappreżenta l-persuna ġuridika;
|
|
(b)
|
l-awtorità li tieħu deċiżjonijiet f'isem il-persuna ġuridika;
|
|
(c)
|
l-awtorità li teżerċita kontroll fil-persuna ġuridika.
|