3. Meta l-entitajiet marbutin b'obbligu jonqsu milli jieħdu l-azzjoni meħtieġa, is-superviżuri tal-Istat Membru ospitanti għandhom jinfurmaw lis-superviżuri tal-Istat Membru domiċiljari kif xieraq.
Is-superviżuri tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jaġixxu minnufih u jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-entità marbuta b'obbligu kkonċernata tirrimedja l-ksur identifikat fl-istabbilimenti jew fit-tipi ta' infrastruttura tagħha fl-Istat Membru ospitanti. Is-superviżuri tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jinfurmaw lis-superviżuri tal-Istat Membru ospitanti bi kwalunkwe azzjoni meħuda skont dan il-paragrafu.