+Artikolu 54 Miżuri superviżorji għall-istabbilimenti ta' entitajiet marbutin b'obbligu u ċerti attivitajiet imwettqa bil-libertà li jiġu pprovduti servizzi
---+Artikolu 54 1
---+Artikolu 54 2
---+Artikolu 54 3
---+Artikolu 54 4
---+Artikolu 54 5

Artikolu 54 Miżuri superviżorji għall-istabbilimenti ta' entitajiet marbutin b'obbligu u ċerti attivitajiet imwettqa bil-libertà li jiġu pprovduti servizzi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 54 1

1.   Fil-każ tal-istabbilimenti ta' entitajiet marbutin b'obbligu li ma jikkwalifikawx bħala istituzzjonijiet ta' kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji jew tipi ta' infrastruttura ta' entitajiet marbutin b'obbligu li fuqhom is-superviżur tal-Istat Membru ospitanti jeżerċita setgħa skont l-Artikolu 38(1), għandhom japplikaw il-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 54 2

2.   Meta s-superviżuri tal-Istat Membru ospitanti jidentifikaw ksur tar-rekwiżiti applikabbli, huma għandhom jitolbu lill-entitajiet marbutin b'obbligu li joperaw permezz tal-istabbilimenti jew it-tipi ta' infrastruttura kif imsemmi fil-paragrafu 1 biex jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli u jinformaw lis-superviżuri tal-Istat Membru domiċiljari dwar il-ksur identifikat f'dawk l-entitajiet marbuta b'obbligu u dwar it-talba għall-konformità.

Artikolu 54 3

3.   Meta l-entitajiet marbutin b'obbligu jonqsu milli jieħdu l-azzjoni meħtieġa, is-superviżuri tal-Istat Membru ospitanti għandhom jinfurmaw lis-superviżuri tal-Istat Membru domiċiljari kif xieraq.

Is-superviżuri tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jaġixxu minnufih u jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-entità marbuta b'obbligu kkonċernata tirrimedja l-ksur identifikat fl-istabbilimenti jew fit-tipi ta' infrastruttura tagħha fl-Istat Membru ospitanti. Is-superviżuri tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jinfurmaw lis-superviżuri tal-Istat Membru ospitanti bi kwalunkwe azzjoni meħuda skont dan il-paragrafu.

Artikolu 54 4

4.   B'deroga mill-paragrafu 3, f'sitwazzjonijiet ta' ksur serju, ripetut jew sistematiku mill-entitajiet marbutin b'obbligu li joperaw permezz ta' stabbilimenti jew tipi oħra ta' infrastruttura fit-territorju tagħhom kif imsemmi fil-paragrafu 1 li jirrikjedu rimedji immedjati, is-superviżuri tal-Istat Membru ospitanti għandhom jitħallew jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati, fuq inizjattiva tagħhom stess, biex jindirizzaw dak il-ksur. Dawk il-miżuri għandhom ikunu temporanji u jiġu tterminati meta jiġi indirizzat il-ksur identifikat, inkluż bl-assistenza jew f'kooperazzjoni mas-superviżuri tal-Istat Membru domiċiljari tal-entità marbuta b'obbligu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżuri tal-Istat Membru ospitanti jinformaw lis-superviżur tal-Istat Membru domiċiljari tal-entità marbuta b'obbligu immedjatament mal-identifikazzjoni tal-ksur serju, ripetut jew sistematiku u mat-teħid ta’ kwalunkwe miżura skont l-ewwel subparagrafu, sakemm ma jiġux meħuda miżuri f'kooperazzjoni mas-superviżuri tal-Istat Membru domiċiljari.

Artikolu 54 5

5.   Fejn is-superviżuri tal-Istati Membri domiċiljari u ospitanti ma jaqblux dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward ta' entità marbuta b'obbligu, jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-AMLA u jitolbu l-għajnuna tagħha f'konformità mal-Artikoli 33 u 38 tar-Regolament (UE) 2024/1620. L-AMLA għandha tagħti l-opinjoni tagħha [dwar il-kwistjoni ta' nuqqas ta' qbil] fi żmien xahar.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1640
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.