1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżuri finanzjarji, l-FIU tagħhom u l-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji mmirati jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom u jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni rilevanti għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom.
L-informazzjoni kunfidenzjali skambjata skont dan l-Artikolu għandha tintuża mill-awtoritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu unikament għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jew tal-atti legali l-oħra tal-Unjoni u fil-kuntest ta' proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi relatati speċifikament mal-eżerċizzju ta' dawk il-funzjonijiet.