2. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw id-divulgazzjoni ta' ċerta informazzjoni lil awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli bil-liġi għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji, jew b'responsabbiltajiet speċifiċi fil-qasam tal-ġlieda jew l-investigazzjoni tal-ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew il-finanzjament tat-terroriżmu. Ir-rekwiżiti tas-segretezza professjonali stabbiliti fl-Artikolu 67(1) u (3) ma għandhomx jimpedixxu tali divulgazzjoni.
Madankollu, informazzjoni kunfidenzjali skambjata skont dan il-paragrafu għandha tintuża biss għall-fini tat-twettiq tal-kompiti ġuridiċi tal-awtoritajiet ikkonċernati. Il-persuni li għandhom aċċess għal tali informazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali tal-anqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 67(1).