+Artikolu 68 Skambju ta' informazzjoni bejn is-superviżuri u ma' awtoritajiet oħra
---+Artikolu 68 1
---+Artikolu 68 2
---+Artikolu 68 3
|
Artikolu 68 Skambju ta' informazzjoni bejn is-superviżuri u ma' awtoritajiet oħra
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 68 1
|
1. Bl-eċċezzjoni tal-każijiet koperti mill-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) 2024/1624, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-iskambju ta' informazzjoni bejn:
|
(a)
|
is-superviżuri u l-awtoritajiet pubbliċi li jissorveljaw il-korpi ta' awtoregolamentazzjoni skont il-Kapitolu IV ta' din id-Direttiva, kemm jekk fl-istess Stat Membru kif ukoll fi Stati Membri differenti;
|
|
(b)
|
is-superviżuri u l-awtoritajiet responsabbli bil-liġi għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji fit-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji rispettivi tagħhom;
|
|
(c)
|
is-superviżuri responsabbli għall-awdituri u, fejn rilevanti, l-awtoritajiet pubbliċi li jissorveljaw il-korpi ta' awtoregolamentazzjoni skont il-Kapitolu IV ta' din id-Direttiva, u l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti għas-sorveljanza tal-awdituri statutorji u tad-ditti tal-awditjar skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2006/43/KE u l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014, inkluż l-awtoritajiet fi Stati Membri differenti.
|
Ir-rekwiżiti tas-segretezza professjonali kif stabbilit fl-Artikolu 67(1) u (3) ma għandhomx jimpedixxu l-iskambju ta' informazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
L-informazzjoni kunfidenzjali li tiġi skambjata skont dan il-paragrafu għandha tintuża biss fl-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tal-awtoritajiet ikkonċernati, u fil-kuntest ta' proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji speċifikament relatati mal-eżerċizzju ta' dawk il-funzjonijiet. Fi kwalunkwe każ l-informazzjoni riċevuta għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali tal-anqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 67(1).
|
|
Artikolu 68 2
|
2. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw id-divulgazzjoni ta' ċerta informazzjoni lil awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli bil-liġi għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji, jew b'responsabbiltajiet speċifiċi fil-qasam tal-ġlieda jew l-investigazzjoni tal-ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew il-finanzjament tat-terroriżmu. Ir-rekwiżiti tas-segretezza professjonali stabbiliti fl-Artikolu 67(1) u (3) ma għandhomx jimpedixxu tali divulgazzjoni.
Madankollu, informazzjoni kunfidenzjali skambjata skont dan il-paragrafu għandha tintuża biss għall-fini tat-twettiq tal-kompiti ġuridiċi tal-awtoritajiet ikkonċernati. Il-persuni li għandhom aċċess għal tali informazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali tal-anqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 67(1).
|
|
Artikolu 68 3
|
3. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw id-divulgazzjoni ta' ċerta informazzjoni relatata mas-superviżjoni tal-entitajiet marbutin b'obbligu għall-konformità mar- Regolament (UE) 2024/1624 lill-kumitati ta' inkjesta parlamentari, lill-qrati tal-awdituri u lil entitajiet oħra responsabbli għall-inkjesti fl-Istat Membru tagħhom, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
l-entitajiet għandhom mandat preċiż skont id-dritt nazzjonali biex jinvestigaw jew jiskrutinizzaw l-azzjonijiet tas-superviżuri jew tal-awtoritajiet responsabbli għal-liġijiet dwar tali superviżjoni;
|
|
(b)
|
l-informazzjoni hija strettament meħtieġa biex jitwettaq il-mandat imsemmi fil-punt (a);
|
|
(c)
|
il-persuni b'aċċess għall-informazzjoni huma soġġetti għar-rekwiżiti ta' segretezza professjonali skont id-dritt nazzjonali tal-anqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1;
|
|
(d)
|
meta l-informazzjoni toriġina minn Stat Membru ieħor, din ma għandhiex tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu tas-superviżur li jkun żvelaha, u unikament għall-finijiet li għalihom dak is-superviżur ikun ta l-kunsens tiegħu.
|
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ukoll l-iżvelar ta' informazzjoni skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-kumitati temporanji ta' inkjesta stabbiliti mill-Parlament Ewropew f'konformità mal-Artikolu 226 TFUE u l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 95/167/KE, Euratom, KEFA tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (47), meta dak l-iżvelar ikun meħtieġ għat-twettiq tal-attivitajiet ta' dawk il-kumitati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1640
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|