+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 (1)
|
“miżuri restrittivi tal-Unjoni” tfisser miżuri restrittivi adottati mill-Unjoni abbażi tal-Artikolu 29 tat-TUE jew tal-Artikolu 215 tat-TFUE;
|
|
Artikolu 2 (2)
|
“persuna, entità jew korp deżinjati”, tfisser persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp soġġetti għal miżuri restrittivi tal-Unjoni;
|
|
Artikolu 2 (3)
|
“fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta’ kwalunkwe tip, inkluż, iżda mhux limitati għal:
|
(a)
|
flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, money orders u strumenti oħra ta’ pagament;
|
|
(b)
|
depożiti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, djun u obbligi ta’ dejn;
|
|
(c)
|
titoli u strumenti ta’ dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi l-istokks u l-azzjonijiet, iċ-ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, bonds mhux garantiti u kuntratti tad-derivattivi;
|
|
(d)
|
imgħax, dividendi jew introjtu ieħor minn assi jew il-valur provenjenti jew iġġenerat minnhom;
|
|
(e)
|
kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, garanziji tal-eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħrajn;
|
|
(f)
|
ittri ta’ kreditu, poloz ta’ kargu, poloz ta’ bejgħ;
|
|
(g)
|
dokumenti li jagħtu prova ta’ xi interess f’fondi jew f’riżorsi finanzjarji;
|
|
(h)
|
kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20);
|
|
|
Artikolu 2 (4)
|
“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi, kemm dawk tanġibbli kif ukoll dawk intanġibbli, mobbli jew immobbli, li ma humiex fondi iżda li jistgħu jintużaw sabiex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;
|
|
Artikolu 2 (5)
|
“iffriżar ta’ fondi” tfisser il-prevenzjoni tal-moviment, it-trasferiment, l-alterazzjoni jew l-użu ta’ fondi jew l-aċċess għal fondi, jew negozju ta’ fondi li b’xi mod jirriżulta f’bidla fil-volum tagħhom, fl-ammont tagħhom, fil-post tagħhom, fil-proprjetà tagħhom, fil-pussess tagħhom, fin-natura tagħhom, fid-destinazzjoni tagħhom jew f’bidla li tippermetti li l-fondi jintużaw, inkluża l-ġestjoni ta’ portafolji;
|
|
Artikolu 2 (6)
|
“iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta’ riżorsi ekonomiċi sabiex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi, inklużi, iżda mhux limitat għal, bil-bejgħ tagħhom, bil-kiri tagħhom jew bil-kostituzzjoni fuqhom ta’ garanziji.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1226
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|