+Artikolu 7 1

Artikolu 7 1

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuna ġuridika miżmuma responsabbli skont l-Artikolu 6 tkun punibbli b’pieni jew miżuri kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi jew b’penali jew miżuri mhux kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali jew mhux kriminali u jistgħu jinkludu pieni jew miżuri oħra kriminali jew penali jew miżuri oħra mhux kriminali, bħal:

(a)

l-esklużjoni mid-dritt għall-benefiċċji pubbliċi jew għall-għajnuna pubblika;

(b)

l-esklużjoni mill-aċċess għal finanzjament pubbliku, inklużi proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti, għotjiet u konċessjonijiet;

(c)

l-iskwalifika mill-prattika ta’ attivitajiet ta’ negozju;

(d)

l-irtirar ta’ permessi u awtorizzazzjonijiet għall-eżerċitar ta’ attivitajiet li rriżultaw fir-reat kriminali rilevanti;

(e)

it-tqegħid taħt is-sorveljanza ġudizzjarja;

(f)

l-istralċ ġudizzjarju;

(g)

l-għeluq ta’ stabbilimenti li jkunu ntużaw biex jitwettaq ir-reat kriminali;

(h)

meta jkun hemm interess pubbliku, il-pubblikazzjoni tat-totalità jew ta’ parti tad-deċiżjoni ġudizzjarja relatata mar-reat kriminali mwettaq u l-pieni jew il-miżuri imposti, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1226
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.