2. Il-Kummissjoni tista’, meta meħtieġ, tistabbilixxi network ta’ esperti u prattikanti biex jikkondividu l-aħjar prattiki u, fejn xieraq, jipprovdu assistenza lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex tiffaċilita l-investigazzjoni ta’ reati relatati mal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni. Dak in-network, meta xieraq, jista’ jipprovdi wkoll immappjar pubblikament disponibbli u aġġornat regolarment tar-riskji ta’ ksur jew ċirkomvenzjoni tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni f’żoni ġeografiċi speċifiċi, u fir-rigward ta’ setturi u attivitajiet speċifiċi.